Where

Knisja tal-Madonna tal-Pilar, il-Belt Valletta View map

Ibbażata fuq traskrizzjonijiet tal-qorti li għadhom jeżistu, dan id-dramm minn Breach Theatre jiddrammatizza l-proċess ta' seba' xhur li sar fl-1612 kontra Agostino Tassi, akkużat li aggredixxa sesswalment lill-pittriċi Barokka Artemisia Gentileschi - każ li saħħar lil Ruma Rinaxximentali u li għadu jqanqal ħsieb u riflessjoni dwar kemm verament inbidlu l-affarijiet f'dawn l-aħħar erba' sekli.

Show more

Minimum Age

16+

Ticket sales finished!

Ticket sales for Naħliflek unfortunately have now finished! The last day of this event was on Sunday 26-Oct-2025. Ticket sales ended at Sunday 26-Oct-2025 23:00.

Description

Ibbażata fuq traskrizzjonijiet tal-qorti li għadhom jeżistu, dan id-dramm minn Breach Theatre jiddrammatizza l-proċess ta' seba' xhur li sar fl-1612 kontra Agostino Tassi, akkużat li aggredixxa sesswalment lill-pittriċi Barokka Artemisia Gentileschi - każ li saħħar lil Ruma Rinaxximentali u li għadu jqanqal ħsieb u riflessjoni dwar kemm verament inbidlu l-affarijiet f'dawn l-aħħar erba' sekli.


Il-produzzjoni, akklamata mill-kritiċi, tħallat il-mit, l-istorja, u l-kummentarju kontemporanju biex tirrakkonta l-istorja qawwija ta' mara li ħadet vendetta permezz tal-arti tagħha, u li fl-aħħar mill-aħħar saret waħda mill-aktar pitturi ta' suċċess tal-ġenerazzjoni tagħha.


Din it-traduzzjoni ġdida ta' Kim Dalli tqarreb l-istorja lejna, b'kast formidabbli li jinkludi lil Clare Agius u Sarah-Lee Zammit, bis-sehem ta' Analise Mifsud u Claire Tonna, taħt id-direzzjoni ta' Marta Vella u produzzjoni ta’ Daniel Azzopardi.



Lingwa: Malti (Sottotitli bl-Ingliż disponibbli għar-rappreżentazzjonijiet ta’ nhar il-Ħadd, 19 t’Ottubru 2025 u nhar il-Ġimgħa, 24 t’Ottubru 2025)


Tul: Madwar siegħa (1 hr)


Biljetti: €25 - Minħabba n-natura intima tal-post u r-rappreżentazzjoni, il-postijiet mhumiex innumerati u jiġu allokati fuq bażi ta’ min jasal l-ewwel.


Link għall-ktejjeb tal-produzzjoni: https://drive.google.com/file/d/1K9SMHO9460WblZffUEQMdtvyzieC4Sb-/view?usp=drivesdk



*Diskussjonijiet wara r-rappreżentazzjonijiet dwar il-ħajja u l-impatt ta’ Artemisia Gentileschi, kif ukoll dwar is-suġġett tas-setgħat tan-nisa fis-soċjetà kontemporanja. Il-Ġimgħa, 17 ta’ Ottubru, Ramona Depares se tmexxi konversazzjoni ma’ Marta Vella, id-direttur tal-produzzjoni, u Kim Dalli, it-traduttur. Imbagħad il-Ħamis, 23 ta’ Ottubru, Kim Dalli se timmodera diskussjoni ma’ Shakira Fenech mill-Fondazzjoni St Jeanne Antide, Samantha Pace Gasan, il-Kummissarju għall-Vjolenza Domestika, u Kerry Hermitage mill-Fondazzjoni Sebħ.


**Dan il-proġett huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti, b’kollaborazzjoni mal-Istituto Italiano di Cultura, La Valletta u Heritage Malta. 

_________________________________


Based on surviving court transcripts, this play by Breach Theatre dramatises the seven-month trial in 1612 of Agostino Tassi, accused of sexually assaulting Baroque painter Artemisia Gentileschi - a case that captivated Renaissance Rome and continues to provoke thought and reflection on how much has truly changed in the last four centuries.


The critically acclaimed production blends myth, history, and contemporary commentary to tell the powerful story of a woman who took revenge through her art, ultimately becoming one of the most successful painters of her generation.


This new translation by Kim Dalli brings the story closer to home, featuring a formidable cast that includes Clare Agius and Sarah-Lee Zammit, with the participation of Analise Mifsud and Claire Tonna, under the direction of Marta Vella and produced by Daniel Azzopardi.



Language: Maltese (English surtitles available for the performances on Sunday, 19th October 2025 and Friday, 24th October 2025)


Duration: Approximately one hour (1 hr)


Tickets: €25 - Due to the intimate nature of the venue and performance, seating will be unnumbered and allocated on a first-come, first-served basis.


Link to the production booklet: https://drive.google.com/file/d/1getmgOTgM7NlH4UmGPaREo2f1Ope4ZPr/view?usp=drivesdk



*Post-show panel discussions on Artemisia Gentileschi’s life and impact, as well as on the theme of women’s empowerment in contemporary society. On Friday, 17th, Ramona Depares will moderate a conversation with Marta Vella, the director of the production, and Kim Dalli, the translator. Then on Thursday, 23rd, Kim Dalli will moderate a discussion with Shakira Fenech from the St Jeanne Antide Foundation, Samantha Pace Gasan, the Domestic Violence Commissioner, and Kerry Hermitage from Fondazzjoni Sebħ.


**This project is supported by Arts Council Malta, in collaboration with the Istituto Italiano di Cultura, La Valletta & Heritage Malta.