Where

Mediterranean Conference Centre, Valletta, Malta View Map

Lejla mużikali ta’ spettaklu u armonija mill-Kumpanija Teatru Rjal f’Diċembru li ġej f’Dar il-Mediterran!

Refundable booking available

Select Refundable Booking at checkout to get a full refund in case you are unable to attend this event (sickness included). T&Cs apply.

Minimum Age

All ages

Tickets

When

Saturday, 19 December 2026 at 19:30

Stalls - Sides - €30.00
Balcony - €30.00
Stall - Centre - €35.00
Dress Circle - Back - €40.00
Box - Single - €45.00
Dress Circle - Front - €45.00
Unavailable
Reserved

Loading seating plan

Button Loader GIF
Powered by ShowsHappening Logo

Description

Wara s-suċċess kbir bl-introduzzjoni tal-kunċert mużikali Jiddu l-Kwiekeb... Lejla ta’ spettaklu u armonija s-sena li għaddiet f’Dar il-Mediterran, il-Kumpanija Teatru Rjal qed tipprepara bis-sħiħ lejla oħra ta’ spettaklu u armonija bl-isem Jiddu l-Kwiekeb 2026, għal darb’oħra fit-teatru prestiġjuż u storiku ta’ Dar il-Mediterran, il-Belt, nhar is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2026 fis-7.30pm. 


Id-direzzjoni għażlet li żżomm l-istess isem tas-sena li għaddiet għax il-ħsieb tal-organizzaturi wara l-isem ‘Jiddu l-Kwiekeb’ huwa li din is-serata tkun minn sena għall-oħra dedikata għal dawk il-persuni li minn wara l-kwinti jaħdmu matul is-sena kollha biex jagħmlu l-ħajja ta’ persuni fil-bżonn ftit aktar faċli waqt li joffru l-għajnuna u l-appoġġ tagħhom bla ħlas. 


Fost il-ħafna għaqdiet u organizzazzjonijiet volontarji li ma jiqfux jagħmlu l-ġid f’pajjiżna matul is-sena kollha, ċertament hemm Puttinu Cares li jaħdmu bla heda ma’ persuni u tfal morda u jassistuhom f’Malta u barra fil-kura li jkollhom bżonn. 


Għalhekk il-Kumpanija Teatru Rjal se jkun qed tgħaddi parti mid-dħul tal-biljett ta’ din l-edizzjoni ta’ Jiddu l-Kwiekeb 2026 lil din l-organizzazzjoni, immexxija minn persuni li verament huma kewkba li tiddi u titfa’ raġġ ta’ tama f’kull min iħabbat il-bieb tagħha. 


F’atmosfera mill-isbaħ l-udjenza se tgawdi siltiet mużikali immortali kemm internazzjonali kif ukoll Maltin li jqanqlu l-ferħ, divertiment, nostalġija u spettaklu mhux biss mużikali imma wkoll viżiv, kif inhi rinomata ħafna li tagħmel din il-kumpanija. 


Fuq il-palk se jkunu preżenti ismijiet magħrufa bħal Neville Refalo, Ludwig Galea, J Anvil, Mark Tonna, Corazon, Talitha, Sarah Bajada, Debbie Scerri, il-kor VOCA taħt id-direzzjoni ta’ Nathalie Camilleri u l-assistenta Lara Bonnici, u l-kor tat-tfal Future Voices immexxi minn Maria Bellia u Iona Dalli. Ismijiet li jiggarantixxu serata mill-isbaħ u ta’ livell bla preċedent fil-produzzjonijiet imtellgħa mill-Kumpanija Teatru Rjal.


Ma’ dawn il-preżenza ta’ orkestra ta’ għaxar elementi li se tkun immexxija minn Conrad Briffa.

Il-preżentazzjoni se tkun f’idejn Marica Cassar, persuna oħra b’esperjenza twila u tant versatili fuq il-palk Malti.


Kull min hu midħla tal-produzzjonijiet mużikali li tellgħet il-Kumpanija Teatru Rjal matul l-34 sena mit-twaqqif tagħha, jaf li għandu jistenna serata indimentikabbli ta’ mużika sabiħa fi sfond ta’ spettaklu ta’ dwal, projections, sound u korjografija tal-ogħla livell, li laħaq il-quċċata tiegħu meta s-sena li għaddiet irrikorriet għall-ewwel darba għat-teatru prestiġjuż ta’ Dan il-Mediterran fil-Belt Valletta.


Tinsewx li ma’ kull biljett maqtugħ, minbarra garanzija ta’ serata mill-aktar pjaċevoli, se tkunu qegħdin tgħinu b’mod dirett lil Puttinu Cares. Tħallux għall-aħħar.