Where

G.F. Abela - Junior College View Map

F’Ħal Ħemda, Fredu jiddeċiedi li jidħol Fra, u b’hekk iqajjem taqlib kemm fid-dar kif ukoll fil-kunvent!!! Oħtu Ġuża, Lucy u l-patrijiet jispiċċaw involuti f’sensiela ta’ sitwazzjonijiet komiċi, sorpriżi u mumenti mimlijin daħk. Imma... jirnexxilu tassew jidħol Fra? #fredulfra #passwarapass

Refundable booking available

Select Refundable Booking at checkout to get a full refund in case you are unable to attend this event (sickness included). T&Cs apply.

Minimum Age

5+

Tickets

When

Oct 31 2026
Nov 1 2026

OCT

31

Sat

19:00

NOV

1

Sun

15:00
Stalls - Isfel - €22.00
Balcony - Fuq - €20.00
Unavailable
Reserved

Loading seating plan

Button Loader GIF
Powered by ShowsHappening Logo

Description


Il-kummiedja Fredu l-Fra teħodna fir-raħal kwiet ta’ Ħal Ħemda. Kif jissuġġerixxi ismu, f’dan ir-raħal pittoresk, ftit li xejn jiġru affarijiet... imma meta jiġri xi ħaġa, ir-raħal kollu ikun jaf biha! 


Fredu, ġuvni kwiet u tal-affari tiegħu, jieħu deċiżjoni li tissorprendi lil kulħadd – Iddeċieda li jidħol Fra! 

Din l-aħbar ma tantx tinżel tajjeb ma’ oħtu Ġuża, li kienet tgħix miegħu. Kif se tidra d-dar vojta? Kif se tqatta’ l-ġranet u l-iljieli mingħajru? 


Imma donnu d-destin kellu pjan ieħor. Ftit jiem wara li Fredu jidħol fil-kunvent, jitfaċċa Reno – raġel gustuż u muskolat li mal-ewwel jiġbed l-attenzjoni ta’ Ġuża. Imma Reno jħoss l-istess tfexfix? Jew forsi għandu pjanijiet oħra? 


Lanqas Lucy ma taċċetta faċilment id-deċiżjoni ta’ Fredu. Sa minn meta kienu tfal, kienet tħares lejh b’għajnejn differenti, u issa tiddeċiedi li tagħmel minn kollox biex tbiddillu fehmtu. Min-naħa tagħha, Ġuża twiegħed lilha nnifisha li tagħmel dak kollu possibbli biex twaqqaf lil Lucy. Min se jirbaħ din il-battalja? 


Fil-kunvent ta’ Ħal Ħemda, l-aħbar tintlaqa’ b’ferħ kbir. Fl-aħħar se jkollhom Fra biex jgħinhom! Patri Piet diġà qed joħlom b’ikliet ta’ livell ta’ Michelin, filwaqt li Patri Pupul, li faċli taqbiżlu ċ-ċinga, jifraħ mhux ftit bl-aħbar li jwassallu Patri Ġilormu... għax, kif jaf kulħadd, lil Patri Ġilormu ma jaħrablu xejn! Fortunatament hemm ukoll Patri Gwardjan, li b’għaqal u paċenzja jipprova jżomm l-ordni fil-kunvent. Imma... tassew li kollox se jimxi kif ppjanat? 


F’din il-kummiedja mimlija daħk u sitwazzjonijiet divertenti jieħdu sehem Jonathan Bonello, Soraya Chetcuti, Anthony Ellul, Pawlu Bonello, Tonio Vella, Daniel Borg Carbot, Ray Abdilla u Kim Ancilleri. Il-kitba hija ta’ Sam Delceppo, filwaqt li d-direzzjoni hija f’idejn Soraya Chetcuti. 


Int ukoll tista tiskopri magħna l-ġrajja ta’ Fredu l-Fra fil-31 ta’ Ottubru fis-7:00pm u fl-1 ta’ Novembru fit-3.00pm, fit-teatru tal-Junior Collage, l-Imsida. Biljetti minn: passwarapass.com jew ċempel 9907 6107.

Għal aktar informazzjoni ċempel 9907 6107. 


Fredu l-Fra…kummiedja teatrali. Taħsbu li Fredu jirnexxilu jidħol Fra?